Ix-Xogħol

Konferenza V2015+

Ix-Xoghol

Fis-sentejn li ghamilt immexxi negozju tal-familja u kemm ili direttur ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni personali stajt napprezza iktar xi tfisser tkun negozjant, u xi tfisser li tirriskja gidek. Li tirriskja dak il-kapital li tant tkun tbazwart ghalih biex hloqtu bil-mod, il-mod tul is-snin.

Minghajr ma nkun negattiv, ikolli nkun realistiku u nirrikonoxxi li s-sentiment ta’ diversi negozjanti ma kienx wiehed daqstant pozittiv matul dawn l-ahhar snin, forsi anki b’rifless tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali. Xtaqt nelenka ftit realtajiet li qeghdin jaffettwaw il-mod kif qed isir in-negozju lokali. Nemmen li l-gvern ghandu jirreagixxi fejn jista’, b’mod specjali billi johloq qafas legali effettiv kontra min hu dizonest jew jahdem b’qerq bi flus haddiehor.

Niftakar is-sens ta’ frustrazzjoni li kont nesperjenza meta niltaqa’ ma xi klijent li wara li nkun tbazwart biex bieghejtlu x-xoghol, sahansitra bi qliegh minimu minhabba l-kompetizzjoni sfrenata, jispicca jhallsek lura hafna xhur wara b’attitudni li qisu qed jaghmillek xi pjacir jew sahansitra jaghmel il-karita’ mieghek meta jonora l-hlas. Sitwazzjoni tassew redikola, u dan biex ma nsemmix id-drabi li jirrizulta li c-cekkijiet ma jistghux jigu onorati.

Nahseb li l-gvern ghandu johloq struttura legali li tipprotegi lil min qieghed fin-negozju b’mod onest kontra min jabbuza u jahdem bi flus haddiehor, biex ma nghidx sahansitra jasal jisraq flus haddiehor bil-pulit. Dan qed nghidu ghax osservajt li diversi klijenti tellghu ammont ta’ dejn ikkalkulat b’mod strategiku, li huma jafu li ma jkunx jaqbillek tfittex lil dak li jkun biex tehodhom lura. Meta toqghod tqis, diversi minn dawn l-ammonti flimkien jitilghu ghal ammont kbir mifrux ma’ diversi klijenti u tista’ ssir tassew problema jekk ma tkunx attent.

Xi whud minn dawn il-klijenti vilment jaslu sahansitra jghidulek li ma jaqbillekx tfittixhom ghax m’ghandekx x’tiehdilhom, dan peress li japprofittaw ruhhom mis-sistema tal- Company Ltd.

Nahseb li l-gvern bhala edukatur irid jghin lin-negozjant Malti jimmatura u jmur oltre il-mentalita’ tas-suq isuq, jew ta’ min seraq mexa u min ma seraqx ma mexiex. L-enciklika tal-papa ‘Caritas in Veritate’ taghti dawl fuq din it-triq il-gdida li twassal ghal ekonomija ibbazata fuq il-principji tas-solidarjeta’. Iktar ma jghaddi z-zmien iktar nara l-bzonn li l-gvern jiehu rwol ta’ edukatur u regolatur ekonomiku biex tinzamm l-istabilita’ ekonomika.

Fl-ahhar u mhux l-inqas, b’urgenza nahseb li l-gvern ghandu johloq tip ta’ ‘business offenders register’ li pubblikament jikxef l’identita’ tal- ‘fraudsters’ li hawn jigru mas-saqajn li ghandhom kapacitajiet artistici tant fenomenali li meta tiltaqa’ maghhom tahseb li ltqajt ma xi hadd veru genwin, jekk mhux qaddis. Imbaghad dak l-istess bniedem ikun serqek haj ghax tkun fdajtu sempliciment ghax ma kontx taf min hu verament.

Sfortunatament dawn l-individwi juzaw it-talenti taghhom f’direzzjoni u intenzjoni mhux f’posta. Nies bhal dawn inaqqsu l-kunfidenza fis-suq u jistghu jsallbu negozjant li jkun ghadu jibda jew li ma jkunx daqshekk b’sahhtu, b’konsegwenzi xejn sbieh li jmissu u jaffettwaw anki l-hajja personali ta’ dak li jkun, inkluz il-familja. Nies bhal dawn ma jghinux lil min b’kuragg ikun qabad it-triq imprenditorjali minflok dik tas-sigurta’ li jimpjega lilhu nnifsu ma’ haddiehor.

Il-gvern ghandu jaghmel dak kollu li jista’ biex jindirizza lil dawn l-individwi.