Konferenza Viżjoni 2015 – Introduzzjoni u Profil

Konferenza V2015+

Introduzzjoni u Profil

Rigward il-konferenza, nahseb li kienet inizjattiva tajba li tilqa’ fi hdana lil dawk il-membri tas-socjeta’ li jharsu lejn sitwazzjonijiet socjali u politici b’mod kemm jista’ jkun oggettiv, u mhux b’xi lenti ta’ xi kulur partikolari. Nahseb ukoll li dan huwa l-istil ta’ governanza tal-futur u li fic-cirkustanzi prezenti l-gvern tassew jaqbillu jisma’. Ahna wkoll bhala poplu jaqblilna nitghallmu nisimghu iktar lil xulxin f’kuntest ta’ djalogu bilancjat.

Ovvjament dan ma jfissirx li l-gvern ghandu jaghmel dak li jghidulu n-nies, ghax hafna drabi l-gvern ikollu stampa iktar wiesa u nfurmata minn dik tal-individwu. Pero’ iva, tajjeb li l-gvern ikollu widnejn tajba, biex jisma’ b’mod specjali lil min irid jikkontribwixxi genwinament u fl-interess nazzjonali.

Nissuggerixxi li ghal darb’ohra ikun hemm iktar hin allokat ghad-diskussjoni imqar ta’ ghoxrin minuta, kif ukoll jigi pprovdut indirizz elettroniku biex min ma jkollux ic-cans jitkellem waqt il-konferenza, ikun jista’ jwassal il-kontribuzzjoni tieghu permezz ta’ ittra. Zgur li hemm ukoll min ghandu ideat validi u ma giex ghall-konferenza, jew gie u ma tkellimx. Dan il-kuntest simili ghal dak ta’ klassi, fejn dawk li jghollu jdejhom u jitkellmu jirbhu l’arena. Pero’ dan ma jfissirx li dawk li ma tkellmux m’ghandhomx risposta jew perspettiva’ valida x’joffru. Mill-esperjenza tieghi bhala edukatur, meta jinholoq ambjent fejn jigi agevolat id-djalogu l-ideat iktar jitkattru.

Dawn ir-rapporti gew ippreparati, biex min irid jisma, jkollu c-cans jifhem il-kontenut f’kuntest tajjeb ghas-smiegh skont ic-cirkostanzi partikolari u personali tieghu/taghha.

Profil

L-isfond tieghi fl-edukazzjoni huwa bhala ghalliem gradwat mill-Universita’ ta’ Malta specjalizzat fil-Primarja u fl-Edukazzjoni Fizika. Kif ukoll esperjenza ta’ tminn snin bhala ghalliem fi tliet skejjel sekondarji u zewg skejjel primarji. Tajt sehem ukoll f’numru ta’ attivitajiet volontarji edukattivi flimkien mas-sorijiet ta’ Madre Teresa f’Malta kif wkoll barra minn xtutna.

L-isfond tieghi fix-xoghol huwa ta’ sentejn esperjenza mmexxi negozju tal-familja, hdimt barra minn Malta ghal numru ta’ xhur, kif wkoll hdimt lokalment b]ala konsulent fil-propjeta’ ghal numru ta’ snin. Apparti dan ilni wkoll direttur ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni ghal dawn l-ahhar sentejn.

Avolja jinteressani li nikkometti ruhi ma partit politiku jew fil-gurnalizmu fil-gejjieni qarib, s’issa ghadni bniedem hekk msejjah ‘non politiku’ fis-sens li l-lenti tieghi hija pjuttost trasparenti. Ghandi interess nidhol fil-politika ghax tassew nemmen li permezz tal-politika tista’ taghti servizz tassew siewi u kif qalli darba l-onorevoli Prim Ministru Dr.Lawrence Gonzi, jekk tibqa’ barra minn din is-sistema, ma tistax twettaq, tista’ biss tikkumenta.

Fil-fatt fis-sena 2009 bdejt il-process ta’ formazzjoni politika permezz tal-iskola Politika Fortunato Mizzi f’ghawdex, kif ukoll fl-2010 permezz tal-programm ‘Genius’ fi hdan l-MZPN. Attendejt ukoll ghall-seminars pubblici organizzati mill-fondazzjoni Ideat it-‘think tank’ il-gdid fi hdan il-Partit Laburista.

Dawn l-esperjenzi kollha apparti ohrajn, fosthom sitt snin ta’ formazzjoni bhala pre-novizz mal-Gizwiti u tliet snin bhala suldat voluntier fil-Forzi Armati ta’ Malta, kollha jistghu jghinu biex inkun nista’ nikkontribwixxi fil-politika u nifhem ahjar ir-realtajiet tas-socjeta’ minn perspettivi differenti.