L-Ambjent u s-Saħħa

Konferenza V2015+

L-Ambjent u S-Sahha

Meta nitkellmu dwar l-ambjent fuq xhiex qed nitkellmu? Fuq il-kampanja? Iva wkoll… Imma ghalija l-ambjent jinkludi wkoll dak li nsibu u nesperjenzaw malli nohorgu mill-bibien tad-djar taghna u jinkorpora fatturi bhal kwalita’ tal-arja fit-triq, kif wkoll l-kwalita’ tal-arja gewwa postijiet pubblici.

Nistaqsi, ghalfejn ghandna nqumu kull filghodu f’riha ta’ dhahen tal-karozzi li tippervadi sahansitra l-kamra tas-sodda? Jew nghixu f’rahal li flok tohrog tigri jew bir-rota biex tiehu hsieb sahhtek, ikun jaqbillek tirritorna d-dar minhabba d-dhahen li jkollok tiehu gol-pulmun li huma iktar ta’ dannu milli ta’ gid. Jekk jghogobkhom, hawn qieghed nitkellem fuq l-Iklin u mhux dwar il-Fgura jew il-Marsa fejn il-problemi ambjentali huma diga maghrufa.

Sincerament inhoss sens qawwi ta’ frustrazzjoni ghax f’dan il-pajjiz ma tistax issuq u tiftah tieqa minhabba d-dhahen tossici tal-karozzi ezagerati li ssib. Veru li saru bidliet biex jincentivaw karozzi iktar moderni pero’ xorta ghadna lura u jista’ jsir iktar.

Ma nifhimx kif diversi karozzi, trakkijiet u vetturi industrijali (dan minghajr ma nsemmi t-trasport pubbliku) jibqghu fit-toroq taghna meta jkollhom emissjonijiet li bla dubju huma ghola minn dak li hu accettabbli mill-UE. Id-dahna bajda ta’ hruq ta’ zejt li tohrog minn gos-sikkieta ta’ dawn il-vetturi tkun tant tossika li timblukkalek sidrek u t-toqol taghha jibqa go fik ghal hafna hin wara. Mhux l-ewwel darba li rajt l-iktar nies vulnerabbli bhal tfal go ‘push chair’ u anzjani jsofru minhabba dawn l-individwi irresponsabbli waqt li jistennew fuq xi ‘stage’ tal-linja’ jew waqt li jistennew biex jaqsmu ‘zebra crossing’ (dan jinkludi t-trasport pubbliku). Spiss nistaqsi – dawn kif jirnexxilhom jghaddu mill-VRT? Dawn jitilghu ghat-test? Bilfors li dawn in-nies jaddottaw it-tipika attitudni Maltija li minflok mill-bieb jghaddu mit-tieqa biex privatament igawdu iktar snin ta’ hajja mill-vetturi antiki taghhom anki jekk dan imur kontra l-interess tal-komunita’ u l-gid komuni.

Soluzzjonijiet:

– Tittiehed il-licenzja ta’ garaxxijiet tal-VRT li jabbuzaw, spot checks iktar regolari fuq vetturi minn vannijiet ta’ inspezzjoni tal-ADT u mill-pulizija jew l-awtoritajiet koncernati.

– Azzjoni konkreta fuq l-informazzjoni migbura minn eluf ta’ smses li ntbaghtu dwar karozzi li jniggsu l-arja u li s’issa b’dizappunt il-gvern ma hax azzjoni fuqhom u b’hekk ma wiegibx ghas-sejha ambjentali tal-poplu.

– Garaxx ta’ nies esperti li jghinu lil min irid jibni electric vehicle b’sussidju mill-gvern.

– Taxxa tar-registrazzjoni ‘zero’ fuq karozzi li jinxtraw minn barra minn Malta biex tigi armata fihom magna ‘electric’. F’dan l-aspett l-ADT ma tghinx lil min jipprova jwettaq inizzjattiva ambjentali bhal din u lanqas it-taxxi li jridu jithallsu fuq magna li se tinqala ma jghinu. Jista jsir hafna progress fuq dan l-aspett!

– ‘Electric Vehicle Charging Stations Network’ ghall- uzu ta’ magni elettrici f’Malta. Ejja nkunu ahna l-ewwel nies fl-Ewropa li jkollna ‘electric vehicle charging stations network’ kif qed jippjanaw li jaghmlu l-iktar bliet prominenti Ewropej. Ahna nistghu naghmlu l-istess qabilhom u dan bhala pajjiz ghax nistghu ndawru l-izvantagg tac-cokon taghna f’vantagg. Infrastruttura bhal din ma tiswiex flus daqs kemm tiswa lil pajjiz kbir.

– Arrangament ma’ kumpaniji li jibnu karozzi ‘electric’ biex juzaw lil Malta bhala ‘prototype electric city network’.

– Iva iktar infurzar bis-serjeta’ bla kompromessi (anki jekk jintilfu l-voti) u dan b’ghan nobbli li jigi protett il-gid komuni u s-sahha tan-nies b’mod specjali fil-kaz tal-vetturi goffi kummercjali.

– Infurzar iktar qawwi fuq it-trakkijiet tal-gbir tal-iskart li kuljum iduru fl-irhula Maltin b’ritmu baxx u li jkollhom is-sikkieta taghhom fil-livell tal-gallariji, b’hekk l-emissjonijiet taghhom jidhlu direttament gol-gallariji u l-ventilaturi tad-djar tan-nies. Dawn ukoll jarmu emissjonijiet esagerati li jqajmu suspett dwar il-mod kif ghaddew mit-testijiet.

L-istess japplika ghan-nuqqas ta’ multi li hemm ghas-sidien ta’ hwienet li jippermettu lil min ipejjep fl-istabiliment taghhom ghax jafu li hadd ma jimmultahom fil-prattika. Jezistu ‘loop holes’ fil-ligi li jipprotegu lis-sidien milli jaqilghu multa u b’hekk ikunu inqas motivati li jagixxu u jwaqqfu lil min ipejjep f’post pubbliku. Il-ligi tghid li l-persuna responsabbli mill-infurzar huwa ‘law enforcement officer’ u ma hemmx indikat specifikament jekk dan huwiex warden, ‘green warden’, pulizija jew ‘health inspector’. Fil-prattika li jigri hu li l-‘health inspector’ jaghti l-informazzjoni lill-pulizija dwar is-sid tal-istabiliment mentri l-pulizija jaghtu citazzjoni lil min ikun qieghed ipejjep. Hemm anomalija fil-ligi li jekk f’post ikun hemm riha taqsam ta’ sigaretti pero’ ma jkun hemm hadd b’sigarett f’idejh fil-mument meta jidhol il-pulizija, is-sid tal-post ma jigix imharrek. Fil-prattika li jigri b’mod specjali f’postijiet bhal Paceville hu li s-security officers tal-post jitkellmu bejniethom permezz tar-radju u sakemm jidhlu l-pulizjia javzaw lin-nies biex jitfu s-sigarett. Kien hemm anki fejn is-sidien ta’ stabbiliment pubbliku gew imtella’ l-qorti u hargu liberati.

Ghalija l-fatt li dawn is-sitwazzjonijiet ma gewx indirizzati u l-barri ma giex maqbud minn qrunu fl-2010, b’Malta pajjiz fl-Unjoni Ewropea huwa dizappunt kbir. Ghalija l-aspirazzjoni Ewropeja kienet tfisser qabza fil-kwalita tal-hajja anki f’dawn l-aspetti prattici ta’ sahha u ambjent u infurzar ukoll. Jekk din hi l-medjokrita’ li qieghed jitkellem dwarha Joseph Muscat, nahseb li ghandu ragun u jkun qieghed jaghmel xogholu sew bhala kap tal-oppozizzjoni li jigbed l-attenzjoni, ghax dawn huma r-realtajiet li jghixu in-nies u min se jindirizzhom bis-serjeta’, awtomatikament se jmiss l-aspirazzjonijiet ta’ diversi Maltin u Ghawdxin li jixtiequ jaraw lil din Malta fl-aqwa taghha fil-qasam tal-ambjent u tas-sahha pubblika. Gvern li jghid li ghandu kuxjenza socjali u ma jaghtix kas l-ambjent u s-sahha tan-nies fil-fehma tieghi mghandux kuxjenza socjali. Nahseb li jigi zmien, forsi tlietin, hamsin jew tmenin sena ohra fejn jghidu dwarna: dawk kif kienu jghixu, jigru, isuqu r-rota u jiehdu pjacir god-dhahen tossici tal-karozzi u tas-sigaretti?

Jien nemmen f’Eco Malta (fis-sens l-iktar wiesa’ tal-kelma) u mhux biss f’Eco Gozo. Ghalfejn le? Jekk ma jemmnux il-politici li dan huwa possibbli, min se jemmen? Eco Malta jfisser li naghmlu minn Malta gawhra fil-Meditterran, u iva l-aqwa pajjiz biex tghix fih fl-Ewropa – ghalfejn le? Din hija it-tip ta’ Malta li rrid nara, Malta fl-aqwa taghha, li iva lest nivvota ghaliha. Malta fejn l-ambjent u s-sahha tan-nies ikunu prijorita’.