L-Edukazzjoni

Konferenza V2015+

L-Edukazzjoni

Is-Sahha tat-Tfal u s-Suggett tal-Edukazzjoni Fizika

Nixtieq nibda billi nirrikonoxxi il- progress li sar fl-edukazzjoni. Bla dubju sar investiment bil-fatti minn dan il-gvern ghal dawn l-ahhar 25 sena. Ghandna storja miktuba li taghti prova ta’ gvern li emmen fil-poplu Malti. Jien l-ewwel wiehed prodott ta’ gvern li emmen f’niesu grazzi ghal formazzjoni universitarja mhux biss b’xejn izda sahansitra bi stipendju.

Fil-livell primarju u sekondarju sar investiment kbir fin-nies permezz ta’ ‘learning support assistants’, ‘literacy teachers’ u ‘core competence teachers’ fost rwoli godda ohrajn. Sar ukoll investiment fl-infrastruttura permezz ta’ skejjel godda. Fl-ahhar u mhux l-inqas, saru bidliet fil-hsieb u fl-istil edukattiv, li wasslu sahansitra ghal-waqfien ricenti tal-ezami tal-Junior Lyceum. Dan ta’ l-ahhar huwa pass konkret iehor fil-mixja lejn edukazzjoni ferm iktar holistika, inklussiva u li ddur mal-istudent, bl-istudent fic-centru u mhux bil-kontra. Dan kollu tajjeb u siewi, u ta’ min jghid prosit lil dawk kollha li taw sehemhom biex setghu jsehhu dawn il-bidliet.

Fl-istess hin pero’ ma nistax nieqaf hawn, u ma nistax ma nigbidx l-attenzjoni dwar aspetti prattici li l-ghalliema u t-tfal taghna jiltaqghu maghhom ta’ kuljum, li jaffettwaw l-esperjenza edukattiva b’mod tant qawwi. Jekk ma naghmilx dan, din il-prezentazzjoni tkun biss illuzjoni jew elogju superficjali. Jien ha nitkellem dwar aspetti ‘hands on’ u mhux ta’ xi valur kbir akkademiku, imma punti li jaffetwaw il-hajja ta’ kuljum fl-iskejjel primarji u sekondarji lokali tal-istat.

A) Nahseb li ma nkunx qieghed nezagera jekk nghid li fis-sena 2010, il-pjaga fl-iskejjel, hekk imsejha ‘tal-purtinara’ xorta wahda ghada ma gietx indirizzata b’mod li verament jirnexxielha tolqot il-musmar fuq rasu. Ir-realta’ fil-prattika hi, li dawn in-nies (li ftit li xejn jifhmu fl-edukazzjoni jew jinteressaw ruhhom fl-edukazzjoni b’mod profond) jikkontrollaw b’qawwa l-istandards tal-indafa fl-iskejjel:

” Ghalija hija inaccettabbli li l-ghalliema jispiccaw inaddfu huma ghax inkella it-tindif ma jsirx u jekk isir, ma jsirx sew.

” Ghalija hija inaccettabbli li ghalliema ilha erba’ xhur tittallab mal-purtinara biex tiddisinfetta apparat li t-tfal jaghmlu wicchom mieghu, u wara erba’ xhur dan ghadu ma sarx u b’hekk dan l-apparat spcca ma ntuzax u t-tfal baqghu b’xejn.

” Hija inaccettabbli li wara sforzi kbar biex isir it-tindif, dan isir b’mod superficjali apposta. Biex nispjega ahjar li jsir huwa tidlik minflok hasil, tfarfir minflok tindif – b’livell zero ta’ skrutinju fuq il-kwalita’ tax-xoghol).

” Mhux l-ewwel darba li dawn l-istess nies sahansitra jaqbdu jaghjtu u jwerzqu ma l-ghalliema jew kapijiet ta’ skola, meta dawn jitolbuhom jaghmlu xogholhom.

” Mhux l-ewwel darba li saru vendikazzjonijiet ma’ min jigbdilhom l-attenzjoni jew jindirizza l-abbuz. Mghandix dubju li hawn amministraturi li ma jindirizzawx l-abbuz minhabba biza’ ta’ vendikazzjonijiet personali. Dawn huma realtajiet fl-edukazzjoni.

” Bazikament li qed nipprova nghid huwa, li minhabba l-mentalita’, l-ghagir u l-kwalita’ tax-xoghol ta’ dawn in-nies mhux qed naghmlu dik il-qabza fil-kwalita’ prattika li taghmel id-differenza. Dan b’mod specjali fl-indafa li hemm bzonn issir sew ta’ kuljum.

” Zewg ezempji prattici ohra:

o Kap ta’ skola partikolari jkollu jhalli sala tal-Edukazzjoni Fizika armata bis-siggijiet biex ma jmurx jurta lill-purtinara u jtihom x’jaghmlu. B’hekk is-sala tispicca ma tintuzax ghall-Edukazzjoni Fizika u tintuza biss ghal xi okkazzjoni specjali. Minhabba dan, fix-xitwa kif wkoll meta jibda’ joqrob is-sajf, it-tfal, flok jilghabu fil-kenn tas-sala ikollhom jilghabu fil-kesha jew f’xemx tikwi li hi tant ta’ dannu ghal sahhithom u tal-ghalliema.

o Ezempju iehor huwa dwar kcina go skola primarja. Kieku l-kcina ta’ din l-iskola titnaddaf sewwa, tkun tista’ tintuza iktar spiss. Fl-istatus quo prezenti, biex tintuza l-kcina, ghalliema dedikata bl-ghajnuna tal- ‘learning support assistant’ tmur tnaddaf qabel u terga tnaddaf wara l-lezzjoni. Nista’ nikkonferma li sahansitra nsetti nstabu f’dawn il-kcejjen biex dak li jkun jifhem l-kwalita’ tal-hmieg li jsibu. Ghalliema ohrajn ma jaghmlux uzu mill-kcina mill-ewwel, minhabba din is-sitwazzjoni. Dan jikkonferma wkoll li l-apatija ta’ dawn il-haddiema taffettwa anki l-kwantita’ ta’ attivijatajiet li jsiru.

o Qed naghti dawn l-ezempji biex nispjega li fir-realta’ dawn in-nies iwaqqghu l-entuzjazmu kif ukoll imewtu t-tamiet u l-ideat tal-ghalliema. Fil-prattika spiss issib li huma jkunu ostaklu ghall-hidma ta’ kwalita’ u tal-kreattivita’.

” Biex inkun gust m’inix qieghed nirreferi ghall-purtinara kollha ghax issib individwi li jirsistu u jahdmu bis-serjeta’. Pero’ dawn ta’ l-ahhar huma minnoranza u iva nista nghid li qieghed nitkellem dwar il-maggoranza ta’ dawn il-haddiema fl-edukazzjoni.

” Punt iehor relatat, se jinghad, biex nispjega kemm hu importanti li madwar l-istudenti jkollok nies edukati, professjonali u serji anki b’mod ‘informali’. Ftit gimghat ilu kont mitlub nattendi ghall-ahhar sessjonijiet tal-ezami tal-Junior Lyceum. Kont qieghed ma’ tifel ta’ ghaxar snin li halla 4 karti tal-ezami tal-common entrance vojta. Interessanti huwa l-fatt, li qabel ma dan l-istudent dahal fil-kamra tal-ezami, il-purtinara bdew jidhku bih, b’kummenti bhal “issa tara sir kif kollox jaf dan sir…” Jien kont qed nosserva s-sitwazzjoni u bqajt serju. Il-purtinara fehmu li ma approvajtx diskorshom. Ir-realta’ hi li dawn in-nies li ma jifhmux bizzejjed fl-edukazzjoni, jduru u jaffettwaw lil uliedna… minghajr kodici ta’ etika u spiss sahansitra b’apparenza u ilbies jew diskors mhux xieraq fil-prezenza tat-tfal. (Peress li kelli cans nsir naf lil dan l-istudent skoprejt li dan tajjeb fl-arti, jaf jiehu hsieb iz-zwiemel u jiddiletta fil-karozzi apparti li kellu hlewwa ta’ karattru liema bhala) Avolja ma kienx b’sahhtu akkademikament kien jixraqlu kull rispett minghand l-adulti li jsib madwaru fl-iskola.

Soluzzjoni: Tender mahrug lill-privat ghat-tindif fl-iskejjel jew riforma radikali permezz ta’ tibdil/’repositioning’ tan-nies jew tahrig intensiv u regolari tal-istess nies, biex dawn il-haddiema jifhmu r-rwol u r-responsabilita’ li ghandom fil-process edukattiv. Irid jinholoq wkoll rwol gdid li ghalih japplikaw nies godda li jkunu marbutin joffru servizz efficenti, prattiku, pozittiv u ta’ assistenza lill-ghalliema skont il-principji tal-etika fl-edukazzjoni bhala ‘general hands’. Dan ir-rwol jigi kkonfermat kull sena b’relazzjoni mall-kwalita’ tal-hidma precedenti ta’ kull sena tal-individwu, b’interview mal-kap tal-iskola u l-principal, biex b’hekk ma jinghatax dak is-sens falz ta’ sigurta’ li x-xoghol huwa garantit. Dan biex darba ghal dejjem l-iskejjel taghna jinhelsu minn servizz patetiku li jaffettwa il-moral tal-ghalliema ta’ kuljum. Niggarantixxi li jekk din is-sitwazzjoni tigi indirizzata bis-serjeta’ se ssir qabza fil-kwalita’ ta’ gieh lill-komunita edukattiva li permezz taghha kull min hu involut fl-edukazzjoni b’serjeta’ u b’sens ta’ vokazzjoni se jiehu r-ruh u tant se japprezza.

L-istess japplika ghall-manutenzjoni u tiswijiet tal-hsarat minuri fl-iskejjel. Il-process prezenti huwa wiehed burokratiku, wiehed li jista’ jiehu hafna zmien u jekk il persuna responsabbli ma tkunx tista’ tigi kollox idum ferm iktar. Dan kollu jmur kontra l-interess tal-komunita’ edukattiva.

Bi prudenza nista’ nghid wkoll, li minn sorsi nfurmati sewwa dwar il-fatti, diversi minn dawn in-nies qeghdin fl-iskejjel bhala favuri politici li jmorru anki oltre 20 sena. Dan pero’ qieghed jinghad bi prudenza minhabba l-fatt li mghandix il-fatti konkreti f’idejja biex nsostni dan bhala fatt, avolja meta wiehed jiehu f’konsiderazzjoni il-mod kif gieli jsiru l-affarijiet hawn Malta, ma nkunx sorpriz li dan huwa minnhu. Jekk dan hu l-kaz, nistaqsi: minn jigi l-ewwel fl-edukazzjoni? It-tfal jew l-interessi tal-partit? Ghax min ghandu l-edukazzjoni u l-istudenti verament ghal qalbu jaf x’ghanda tkun ir-risposta’.

B) Minn edukazzjoni ‘mill-bieb tal-iskola ‘l-gewwa’ ghal wahda li ‘tohrog u taffettwa anki barra’. Lejn edukazzjoni li tidher u tinhass anki ‘l ‘barra mill-bieb tal-iskola’ u li timmira li teduka lill-genituri. Dan jista’ jsir b’mod specjali siegha u nofs qabel ma tibda u fil-hin li tispicca l-iskola.

Biex dak li jkun ikun jaf ahjar dwar dan il-bzonn krucjali li jsehh dan, bizzejjed wiehed iqatta’ ftit hin qabel u wara l-iskola jisma’ u josserva dak li jinghad, waqt li ‘l-genituri jistennew lill-uliedhom. F’certa zoni partikolari d-diskors baxx li jkun hemm u r-riha ta’ sigaretti qawwija anki fil-prezenza tat-tfal barra l-iskejjel tista’ tkun tassew impressjonanti. Hemm hafna li jista’ jsir mill-bieb ‘il barra biex jigu edukati il-genituri li fil-prattika ghandhom rwol iktar effettiv minn dak ta’ l-ghalliema biex jedukaw lit-tfal, ghax huma jistghu jhottu dak li ghalliem bena f’sena – f’sekonda. Il-genituri huma hekk msejhin ‘primary educators’ jekk teduka lilhom iktar hemm cans li teduka lit-tfal. Jekk ma tedukax lilhom, difficli teduka lit-tfal, ghax l-ghalliema huma biss ‘secondary educators’ u l-effett edukattiv impossibli li jkun qawwi daqs dak tal-genituri.

Soluzzjoni: Nibnu fuq dak li diga qed isir mal-genituri fl-edukazzjoni. Nedukaw permezz ta’ ‘Electronic Billboards’ fuq vettura mobbli pparkjata temporanjament jew b’mod permanenti fuq barra ta’ kull skola. F’post maghzul skont il-bini tal-iskola u skont fejn jistennew il-genituri ta’ kuljum. Dan ghandu jsir b’mod specjali fil-primarja fejn issib genituri li jqattghuh iktar minn siegha kuljum jistennew barra l-iskola. Billboard elettroniku jista’ jintuza biex iwassal messaggi awdjovizwali edukattivi b’mod strategiku lill-genituri fuq livell nazzjonali permezz ta’ filmati, immagini, simboli u stejjer edukattivi minn skwadra apposta maghmula minn edukaturi flimkien ma’ esperti awdjovizivi. Dan jista’ jintuza anki biex iwassal avvizi tal-iskola u biex jippromwovi ix-xoghol li qed isir mit-tfal ecc.

C) Sfida ohra. Ghalija hija inaccettabbli li fl-iskola nippromwovu healthy eating policies fejn it-tfal lanqas sponge plain jew ilma flavoured ma jistghu igibu, mbaghad malli tohrog mill-bieb tal-iskola, immedjatament issib trakk mobile ibiegh doughnuts u pastizzi…. x’kuntrast! Hemm bzonn ta’ tibdil fil-ligi u infurzar fuq dawn it-trakkijiet u negozjanti li iktar jinteressawhom il-flus milli s-sahha tat-tfal.

Soluzzjoni: Legizlazzjoni li ma tippermettix il-bejgh ta’ ‘junk food ‘ jew tipjip imqar sa 200 metru boghod mill-bini ta’ skola, minn siegha qabel u siegha wara l-hinijiet tal-ftuh u gheluq ta’ kull skola.

D) Mill-aspett tal-Edukazzjoni Fizika:

D1) Xi nghidu ghar-rizorsi? Niskanta kif minn 1.4 miljun ewro li jintefqu KULJUM fl-edukazzjoni jkun miraklu jekk jirnexxilek iggib 500 ewro f’rizorsi f’sena biex tohloq lezzjoni sura, motivanti u iktar nteressanti ghat-tfal. Dan ghax diversi kapijiet ta’ skejjel jghidulek li m’ghandomx lanqas ewro centezmu wiehed ghall-Edukazzjoni Fizika.

Soluzzjoni: Budget ghall- ‘Education Officer’ tas-suggett biex jixtri u jqassam rizorsi fejn jara l-bzonn (b’sistema ta’ self tar-rizorsi) fejn dawn ir-rizorsi jigu lura ghand l-EO skont registru fl-ahhar tas-sena. Din is-sistema iktar centralizzata ma tmurx kontra l-kuncett tad-dicentralizzazzjoni ghax tintervjeni biss fejn ikun hemm bzonn fl-interess tat-tfal biex tkun tista’ ssir lezzjoni tajba u interessanti permezz ta’ rizorsi kif jixraq. Fejn ma tahdimx id-dicentralizzazzjoni tista’ tintervjeni c-centralizzazzjoni, mghandniex ghalfejn immorru minn estrem ghall-iehor. Jekk din is-sistema centralizzata ma tkunx possibbli, hemm soluzzjoni ohra, li meta jing?ataw il-flus lill-iskola, il-kap tal-iskola ikun marbut li percenta?? mill-flus iridu jintefqu bilfors g?all-Edukazzjoni Fizika. Dan ta l-ahhar irid ikun b’sistema li tiggarantixxi li l-flus ma jintefqux fuq xi haga ohra (kif gieli jigri b’fondi allokati ghal skopijiet specifici fl-edukazzjoni). Dawn il-fondi isolvu problema ohra fl-istess hin, li l-kwalita’ u l-kwantita’ ta’ Edukazzjoni Fizika kif wkoll l-investiment fl-infrastruttura sportiva f’kull skola ma jibqax jiddependi b’sistema ta’ lottu skont id-dizpozzjonijiet u l-perspettiva tal-kap tal-iskola li jinzerta’ kif jigri fil-prezent.

D2) Il-bzonn ta’ ‘PE & Sport Technician’. L-ghalliema tal-Edukazzjoni Fizika jahlu hafna hin jixtru l-apparat, inaddfu u jippreparaw l-apparat ghal lezzjoni b’mod specjali fis-sekondarja. Bizzejjed wiehed isemmi l-blalen li jridu jintefhu u l-bibs jew gerijiet tal-iskola li jridu jinhaslu wara kull attivita’ tat-tim tal-iskola. Bhal suggetti ohrajn li ghandhom technician jipprepara laboratorju, l-istess hemm bzonn ghall Edukazzjoni Fizika biex jintrama l-gym jew l-apparat/rizorsi ghall-lezzjoni wkoll. Dan huwa mportanti b’mod specjali fejn jidhol apparat tqil ghal dixxiplini bhal ginnastika etc. Diversi ghalliema jispiccaw ma jghallmux dawn id-dixxiplini mportanti minhabba n-nuqqas ta’ ghajnuna biex jippreparaw ghall-lezzjoni ta’ dan it-tip anki jekk l-apparat ikun prezenti bhal per ez. fil-gym’s antiki ta’ zmien l-Inglizi li ghandna f’xi skejjel.

D3) Art ghall-loghob tat-tfal iktar ratba. Mhiex esagerazzjoni meta nghid li gieli rajt u smajt tfal ‘jinstabtu’ mal-art tal-konkos waqt li jigru fil-brejk u waqt lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fizika. {ieli tisma ‘bum’ u tkun litteralment ghadma jew ras ta’ xi tifel/tifla mal-art fuq art iebsa tal-konkos jew ma xi lasta bla protezzjoni. Jekk jahbat rasu student jintbaghat id-dar u b’hekk jitlef gurnata skola apparti li jkollhom jigu ghalih l-genituri, hafna drabi b’inkonvenjent mill-post tax-xoghol. It-tfal iz-zghar jaqaw ta’ spiss ghax ikunu qeghdin jitghallmu jigru, sfortunatament bhalissa f’diversi skejjel, jinbarxu u jinstabtu fuq art iebsa tal-konkos.

D4) Facilitajiet sportivi u strutturi anki temporanji fil-btiehi tal-iskejjel li jipprovdu kenn mill-elementi b’mod specjali dell mix-xemx tant qalila ta’ zmienijietna. Ghandna btiehi kbar fejn gieli ma ssibx rokna wahda ta’ kenn jew dell fihom. Apparti dan il-tfal fil-brejk ghandhom bzonn jigru u jilghabu, b’hekk iz-zona bid-dell trid tkun tkopri spazju bizzejjed biex jithalla lok ghall-moviment ta’ grupp ta’ mqar 30 tifel u tifla.

Soluzzjoni: Strutturi imqar temporanji biex jipprotegu lit-tfal mix-xemx waqt il-brejk kif wkoll mix-xita waqt l-edukazzjoni fizika, l-brejk u l-assemblies b’mod specjali fi skejjel fejn l-attivitajiet ma jistghux isiru gewwa.

D5) Il-maggoranza tal-ghalliema tal-klassi fil-primarja, mhumiex imharrga tajjeb li jiksbu kunfidenza biex joholqu lezzjoni tal-Edukazzjoni Fizika tajba wahedhom biex tintlahaq il-mira ta’ saghtejn attivita’ fizika fil-gimgha. Minhabba dan, fil-prattika l-ghalliema tal-klassi ma johorgux lit-tfal ghall-Edukazzjoni Fizika jekk ma jigix l-ispecjalista tas-suggett.

Soluzzjoni:

1) Rizorsi (dawn wahedhom kapaci joholqu lezzjoni tajba ghax jistimulaw il-moviment u l-loghob fihom infushom).

2) Tahrig kif jintuzaw ir-rizorsi biex l-ghalliema tal-klassi joholqu lezzjoni motivanti u nteressanti bihom minghajr diffikultajiet.

3) Iktar specjalisti fl-iskejjel biex ikunu responsabbli u jghinu lill-ghalliema tal-klassi fit-twettiq ta’ punti 1+2. Irid ikun hemm hin allokat biex l-ispecjalista tal-Edukazzjoni Fizika jaghti formazzjoni, jaghti ideat u jassisti lill-ghalliema waqt li huma jaghmlu lezzjoni tajba wahedhom. Dan important biex il-lezzjoni tal-Edukazzjoni Fizika issehh xorta wahda u ssehh sewwa anki meta ma jkunx hemm l-ispecjalista fl-iskola.

E) Bidla fil-kodici tac-civil li huma marbutin bih l-ghalliema. Din is-sistema intirtet minn zminijiet kolonjali Inglizi u tipprojbixxi ufficjal pubbliku (inkluz l-ghalliema) milli jitkellem pubblikament dwar dak li jara u jesperjenza fl-edukazzjoni. Din il-ligi fil fehma tieghi hija wahda antikwata ghanda bzonn tigi riveduta fil-kaz tal-edukazzjoni. Nahseb li din is-sitwazzjoni ghanda bzonn tigi ndirizzata biex tippromwovi l-liberta’ tal-espressjoni fi hdan il-komunita edukattiva kif wkoll fil-pubbliku biex tkun tista’ issir il-pressjoni li hemm bzonn u fejn hemm bzonn. Nistaqsi, kif tista’ tohloq djalogu, kif jista’ jsir il-progress, kif jistghu jitkattru l-ideat, jekk l-ghalliema huma marbutin b’tip ta’ ‘omerta’ ufficjali dwar dak li jesperjenzaw u jaraw fl-iskejjel? Biex nispjega’ ghalfejn nemmen fil-bzonn tat-tibdil f’dan l-aspett se naghti ezempju bl-iktar sitwazzjoni serja u urgenti li dwarha mhux qed tittiehed l-azzjoni necessarja:

Ghandna skola primarja lokali fejn ghandna tfal li qeghdin fl-iktar fazi delikata tal-izvilupp taghhom (bejn 5-8 snin) jilaghbu ta’ kuljum go bitha mimlija dhahen tossici tal-karozzi u tat-trakkijiet. Dan minhabba l-fatt li hemm triq principali ghaddejja biss zewg metri boghod, magenb il-bitha u b’hekk id-dhahen huma ‘diretti’ aparti dawk li gejjin mill-inkiwinament generali taz-zona. Jekk xi hadd jara u jesperjenza f’liema kwalita ta’ ambjent jilghabu dawn it-tfal ma jdumx biex jifhem il-gravita’ tas-sitwazzjoni. Bhala edukatur u mhux biss ‘ghalliem ta’ suggett’ ninsisti li bitha li mhiex tajba ghat-tfal m’ghandiex tibqa’ tintuza u dan bla kompromessi, avolja t-tfal ma jitkellmux, l-ghalliema ma jitkellmux, l-amministrazzjoni ma titkellimx u lanqas il-genituri ma jitkellmu, il-principal taf u il-ministru taf ukoll izda kollok jibqa’ l-istess. |gur li ma tantx se jkun hemm fejn tikkomprometti ma’ dan il-kaz jekk tigi nvestigata l-kwalita tal-arja f’din il-bitha minn entita’ ndipendenti u precizament fil-post li jilghabu t-tfal.

Soluzzjoni: Tittiehed azzjoni diretta u specifika f’dan il-kaz hawn fuq msemmi. Tintuza l-bitha ta’ gewwa avolja zghira u l-klassi trid timxi madwar 80 metru mal-ghalliema qabel u wara kull brejk. Isiru testijiet xjentifici minn entitajiet indipendeneti mill-gvern fil-btiehi ta’ kull skola u ta’ din l-iskola biex jigi assigurat li l-kwalita’ tal-arja fl-iskejjel tkun ta’ livell ta’ ndafa accettabbli. Dawn it-testijiet iridu jsiru b’mod specjali fil-btiehi fejn isiru il-brejks u l-lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fizika.

Nistaqsi, x’jista’ jaghmel ghalliem dedikat li jaghmel xogholu b’sens ta’ vokazzjoni u li jinteressah l-izvilupp holistiku tat-tfal? X’jista jaghmel jekk meta tkellem ma’ l-ghalliema tat-tfal, dawn qalulu “heq xi trid taghmel, ahna drajna hawnekk, ilna iktar minn hmistax il-sena” jekk meta tkellem mas-surmast qallu “x’taghmel sir? nista’ naqlagha minn posta l-iskola?” jekk meta tkellem mal-principal baqa bla risposta u meta nforma lill-ministru permezz ta’ rapport ukoll baqa’ bla risposta. Jekk huwa edukatur tassew ta’ veru jaccetta li jibqa’ jzomm ma l’omerta ufficcjali?

Dan l-ghalliem jistaqsi, kieku dawn it-tfal kienu it-tfal ta’ xi ministru, tfal tal-ghalliema stess, tfal tal-kap tal-iskola, tfal tal-principal jew ta’ xi negozjant kbir li kien jaf b’din is-sitwazzjoni redikola, kienu jibghatuhom f’din l-iskola? Kienet tittiehed azzjoni? Dan l-ghalliem jahseb li iva.

F) Nahseb li wasal il-bzonn li tigi stabbilita fuq bazi annwali ‘Konferenza Nazzjonali tal-Edukazzjoni’ (obbligatorja fl-attendenza) li tlaqqa l-iskwadra edukattiva nazzjonali darba fis-sena inkluz l-istudenti tal-kors B.Ed fl-Universita’. Dan biex l-ghalliema jigu konxji u jesperjenzaw il-pregju li huma parti minn sforz u moviment edukattiv hafna ikbar. Nahseb li din tghin biex timmotiva lill-ghalliema u biex tohloq sens ta’ komunita’ edukattiva nazzjonali b’perspettiva u b’ghanijiet nazzjonali biex tiftah mohh l-ghalliema f’kuntest usa’ mill-klassi jew l-iskola. Fuq kollox din il-konferenza tkun wahda li taghti formazzjoni, tippromwovi d-djalogu, it-tkattir tal-ideat u l-iktar importanti ’tisma’ lil dawk li huma involuti ‘hands on’ fl-edukazzjoni.

G) L-ahhar u mhux l-inqas pakkett ta’ rinumerazzjoni ahjar ghall- kapijiet tal-iskejjel. Sincerament nemmen li min ihaddem rasu, jibqa fil-grad ta’ ghalliem jew massimu ta’ ‘assistent kap’ u ma jidholx ghal sfida bhal dik ta’ kap ta’ skola meta janalizza l-kundizzjonijiet u r-responsabbilitiajiet li hemm. Min jidhol ghal kap ta’ skola jrid verament ikollu sens ta’ qadi u vokazzjoni. Jien nemmen li l-kompetenzi ta’ surmast jaghmlu differenza fundamentali li tinhass fi skola, b’hekk nissuggerixxi li ghal dawn il-pozizzjonijiet jigu attirati l-ahjar nies ghax ir-rwol taghhom huwa wiehed krucjali. Bhalissa ma nahsibx li qed isehh dan u sfortunatament nghid li tul dawn l-ahhar snin, b’mod specjali qabel ma bdew il-kulleggi, kont nibqa’ sorpriz kif certa nies jispiccaw imexxu skola jew sahansitra ex.Junior Lyceum. Esperjenzajt kapijiet li jitkellmu mat-tfal u l-ghalliema qishom qed jitkellmu mal-moghoz (u hawn mhux qieghed nezagera) jew inkella dwar sitwazzjonijiet ovvji ta’ nuqqas ta’ sahha u sigurta’ jew ta’ periklu ghall-komunita’ edukattiva jghidulek “mbaghad meta jinqala’ naraw”. Il-punt li qed nipprova naghmel huwa li l-kompetenzi, l-personalita’ u l-perspettiva ta’ kap ta’ skola huma krucjali u hemm bzonn li fl-iskejjel taghna ikun hemm l-ahjar ‘managers’ u ‘motivators’ f’dawn il-pozizzjonijiet. Jekk jitjiebu l-kundizzjonijiet, dawk l-ghalliema kompetenti u b’esperjenza fl-edukazzjoni li llum l-gurnata apposta ma jidhlux fl-amministrazzjoni minhabba l-kundizzjonijiet, jithajru jidhlu u jsehh progress.

Konkluzjoni:

Is-success tal-edukazzjoni, jiddependi fuq iktar smiegh minghand l-ghalliema u attenzjoni ghad-dettall permezz ta’ iktar prezenza ‘on the field’ minn dawk li jiehdu d-decizjonijiet. Dan irid isir waqt granet normali tal-iskola (u mhux f’dawk il granet ufficjali jew formali) fejn f’daqqa wahda kollox jitnaddaf u kollox jigi jidher sew.

Dan biex dawk li jiehdu d-decizjonijiet ikunu jafu VERAMENT x’qed jigri fl-iskejjel, fit-tarf tal-qarnita strutturali. B’hekk jinstabu soluzzjonijiet prattici li verament jaghmlu d-differenza u ssir dik il-qabza fil-kwalita’ fl-interess tal-istudenti li huma l-qalb u l-ghan ahhari tal-edukazzjoni.

Is-sisien ta’ dawn is-suggerimenti iwasslu ghal progress f’dak li bl-Ingliz jissejjah ‘teacher empowerment’ li tassew nemmen li huwa pediment importanti biex ikolna success fl-edukazzjoni.

Jekk hemm settur fejn ma tantx ghandu jkun hemm lok ghall-kompromessi, huwa propju dan, ghax l-effett ta’ dak li naghmlu u niddeciedu li nindirizzaw jaffettwa l-iktar gawhra prezzjuza ta’ dawn il-gzejjer, l-istudenti.