L-Identita’

Konferenza V2015+

L-Identita’

Ftit jiem ilu mort Londra u ahna u gejjin lura, bi nhar, kien temp mill-isbah. Fl-inzul tieghu l-ajruplan ha rotta li biha stajna naraw lil Malta, Ghawdex, Kemmuna u l-Gzejjer ta’ San Pawl mill-[enb. Meta nhares lejn Malta minn fuq ajruplan dejjem inhoss certu ecitament dwar kif se naghmlu l-ahjar minn dan it-tezor f’nofs il-Meditterran. Meta nghid l-ahjar, qed nirreferi ghas-sens l-iktar wiesa’ tal-kelma li jinkludi fost ohrajn l-ambjent, l-istimulu ekonomiku, l-edukazzjoni tal-poplu, id-dehra aestetika’ tal-gzira (mill-ajru, mill-bahar, kif ukoll mill-art) u aspetti ohra.

Nixtieq nibda’ billi nammetti, li tassew ghandi kif jghidu l-Inglizi, ‘soft spot’ ghal dawn il-gzejjer. Inhobb il-bahar u s-sbuhija tal-kosta ta’ madwarha, id-diversita’ tal-bini, ir-rikkezzi storici, il-mexxejja politici ta’ qabilna li ddedikaw hajjithom biex inkunu dak li ahna llum, stat sovran u indipendenti. Inhobb is-sens ta’ familja u komunita’ li tmur fejn tmur qatt ma inti wahdek, l-accessibilita’ kwazi diretta u personali ma l’oghla awtoritajiet. Id-dieta Mediterranja, id-distanzi qosra fis-sewqan, il-lingwa unika taghna, id-diversita’ kulturali u l-istorja li sawritna.

Tassew nahseb li ahna ghandna xi haga specjali fis-sens li kif jghidu l-Inglizi ‘we have the best of various worlds’. ahna gzira u poplu maghgun u influwenzat minn tant nies fosthom il-Kavallieri, l-Inglizi tant organizzati u serji, mill-flessibilita’ tal-gharab, xi ftit mit-Taljani u mill-Francizi u l-ahhar u mhux l-inqas mill-‘joie de vivre’ u l’ospitalita’ unika Maltija. Dan jaghmel minna ‘mixage’ ta’ influwenzi tassew interessanti, u li propju minhbba l-varjeta’ tal-influwenzi, hemm potenzjal uniku fil-kreattivita’, fl-innovazzjoni, fil-mod specjali ta’ kif naghmlu dak li naghmlu.

Dwar id-diskussjoni tal-identita’ nissuggerixxi li nitilqu minn punt li jhares mhux biss lejn ahna x’nahsbu dwarna nfusna, izda li nkunu nafu verament x’inhi l-percezzjoni tal-barranin li jafu dwarna jew li ahjar minn hekk ghexu maghna. Nahseb li biex naghmlu gudizzju tajjeb irridu nkunu nafu sew kif jarana u kif nigu esperjenzati minn haddiehor, possibiliment b’ezami kemm jista’ jkun jibbaza ruhu fuq il-fatti. Nahseb li ‘bird’s eye view’ ta’ ajruplan tista’ tkun l-ewwel pass biex ninqatghu mil-perspettiva limitata ta’ harsa minn gewwa ghal gewwa. Nahseb li jaqblilna naraw l-affarijiet kif jarahom turist huwa u gej jew sejjer minn Malta, jew meta jara lil din il-gzira ghall-ewwel darba, meta jinzel fostna u jghix maghna llum fis-sena 2010.

Minghajr ma nikkuntradixxi dak li ghadni kif ghedt u akkost ta’ kemm nhobb lil Malta, certa drabi ma nkunx daqshekk kburi li jien Malti. Gieli jkun hemm mumenti fejn inhoss sens ta’ dizappunt u nispicca f’dilemma dwar verament x’nahseb fuq il-poplu Malti. Kemm il-darba weggajt meta smajt lil huti Maltin bhali (li hafna minnhom spiccaw telqu minn din il-gzira) jitkellmu b’disprezz dwar art twelidhom, jitkellmu dwar Malta bhala gzira medjokri u mimlija nies b’mohh maghluq ecc sal-punt li ma riedux jersqu l’hawn qatt iktar, kif fil-fatt ghamlu. Avolja nista’ nifhem dan is-sentiment u nifhem li hemm parti verita’ f’kummenti bhal dawn, ghal xi raguni xorta wahda nemmen u naghzel is-soluzzjoni li nghin fir-riforma minflok naghzel l-abbandun ta’ dan il-pajjiz.

Se naghmel analogija mal-loghob tan-nar li nispera li tispjega ahjar din id-dilemma personali. Daqs kemm nahseb li hu sabih il-loghob tan-nar, ikkulurit, kreattiv u li tant ipaxxi nies meta jixghel is-sema, nara’ wkoll kuntrast fil-bombi qawwijin u bla grazzja li jigu sploduti u jhallu biss dahna bajda warajhom. F’dawn il-bombi li jaghtu xi forma ta’ pjacir lil xi individwi, nara nuqqas ta’ sensittivita’ lejn dawk il-membri tas-socjeta’ li huma l-iktar vulnerabbli, bhat-tfal u l-anzjani, l-morda u anki l-annimali.

Sincerament l’attitudni ta’ xi whud li tkun nieqsa mis-sensittivita’ lejn dak li hu komuni hija d-dizappunt principali. Nahseb ma nkunx qed nezagera jekk nghid li din l’attitudni tista’ tigi esperjenzata f’diversi aspetti tal-hajja Maltija ta’ kuljum. Fosthom fis-sewqan bla rispett ta’ xi whud, fl-ipparkjar bl-addocc t’kantunieri jew quddiem garaxxijiet privati, fin-nuqqas ta’ kollaborazzjoni fejn jidhol ir-reciklar tal-iskart fid-djar, fid-diskors bla rispett ta’ xi whud lejn minnoranzi jew nies ta’ kulur jew orjentazzjoni sesswali differenti, fit-tingis tal-arja li jemmittu certa mezzi tat-trasport a skapitu tas-sahha ta’ min ikun ghaddej fit-triq, fit-tipjip persistent f’postijiet pubblici akkost tal-legizlazzjoni li ma tippermettix it-tipjip f’postijiet pubblici u l-ahhar u mhux l-inqas fil-kacca bla razan li jirnexxiela thammar wicc il-poplu Malti mad-dinja kollha.

Apparti s-sahha tal-ligi, bla dubju ghodda li tista’ taghmel id-differenza hija dik tal-edukazzjoni. Hawn qieghed nirreferi ghal edukazzjoni fuq bazi nazzjonali permezz tal-‘mass media’ u mhux biss dwar l-edukazzjoni fl-iskejjel. Edukazzjoni immirata anki lejn dawk li hargu jew qatt ma kienu fis-sistema edukattiva. Kampanja li tispjega mhux biss il-ligi izda l-ispirtu tal-ligi, biex it-taghlim jaghmel sens. U dan kollu ghaliex? Dan biex isehh progress fil-mentalita’ u fil-prattici taghna l-Maltin, li fl-ahhar mill-ahhar joholqu l-identita’. ghax jekk poplu mhuwiex hsibijietu u ghemilu, min hu?

Ser nelenka ftit punti li nahseb li nistghu nahdmu fuqhom:

” Kampanja li timmira li nahdmu fuq il-valur tal-ospitalita’ b’mod specjali lejn min hu differenti minna u lejn it-turisti. Din il-gimgha kont qieghed Londra, belt li forsi biss bhal New York tirraprezenta d-diversita umana f’post wiehed b’mod tant qawwi. Ma nistax nimmagina lil Malta ssir bhal Londra, izda nafu li issa l-biebien ta’ din il-gzira huma miftuhin iktar minn qatt qabel. Illum nistghu nghidu li Malta hija taghna biss? U li ahna m’ahniex parti mid-dinja usa’ u iktar globalizzata, dinja iktar qisa gzira wahda?

Tassew nammira lill-Prim Ministru Dr.Lawrence Gonzi, li fuq kwistjoni sensittiva’ bhal din, (li tista’ verament ittelfu l-voti) jitkellem b’mod car u qed jghin biex jeduka lill-poplu ‘jiftah mohhu’ u jkun iktar tolleranti lejn id-diversita’. Il-kliem tal-Prim Ministru jghin ukoll biex fl-ahhar mill-ahhar il-poplu Malti jikber fir-rispett lejn id-dinjita’ ta’ kull bniedem. Tassew nemmen li politiku tajjeb huwa l-ewwel nett edukatur, mexxej li jaghti direzzjoni, jghallem u jispira il-kwalita’ tal-hsiebijiet tan-nies. Wiehed tajjeb jiftakar li hafna Maltin marru l-Awstralja u l-Ingilterra biex sabu hajja ahjar jew differenti ghalihom u ghall-familji taghhom. Huwa veru wkoll li diversi Maltin soffrew minn azzjonijiet ta’ razzizmu f’dawn il-pajjizi, izda huma hemm baqghu, jipperseveraw, sakemm gew accettati u stmati kif jixraq. Qed nissuggerixxi kampanja immirata biex tghin teduka lill-poplu Malti jsir iktar sensittiv, poplu iktar kapaci jirrispetta’ id-drittijiet tal-individwu u ta’ dawk li jidhru li huma ‘differenti’.

” Naspira li nara lil Malta titmexxa minn politici serji, kif diga kellna fl-istorja, nies li jidhlu fil-politika b’ghanijiet nobbli ta’ servizz u ta’ qadi, nies maturi li jpoggu lil Malta qabel il-glorja personali taghhom jew xi interessi privati. Naspira li nara politci li jahdmu ghat-tisħiħ tad-demokrazija u li jkunu favur tibdil fil-ligijiet dwar il-finanzjament tal-partiti biex titnaqqas id-dipendenza fuq entitajiet privati jew kuntratturi ghad-dhul finanzjarju tal-magna tal-partit. Kulhadd jaf li fil-prattika’ din is-sitwazzjoni ma tahdimx fl-interess nazzjonali. Nahseb li Joseph Muscat ghamel tajjeb li pogga pressjoni biex jibda jigi diskuss il-finanzjament tal-partiti u b’hekk bhala konsegwenza t-tishih tad-demokrazija.

” Lejn identita’ ta’ poplu iktar politikament matur. Kampanja li tippromwovi stil ta’ analizi politika iktar oggettiva u bilancjata. Kampanja edukattiva li tghallem lin-nies billi ttihom l’ghodda kritici biex jutilizzaw il-vot taghhom minghajr madmad, jew tal-anqas b’madmad iktar miftuh.

Issib min jghidlek li f’Malta ghalxejn tipprova tiehu t-triq tan-nofs b’mod moderat/oggettiv, u forsi dan sa certu punt huwa veru, ghax mhux facli zzomm bilanc` fost nies li storikament jaraw kollox bhala iva/le, maghna/kontra taghna ecc. Jien nifhem din is-sitwazzjoni reali izda naf wkoll li jekk ma temminx u jekk qatt ma tibda’ timxi din it-triq tal-bilanc fuq ‘tight rope’, zgur li din il kapacita’ qatt ma tista’ ssir realta’ socjali. Naspira li l-interpretazzjoni tas-sitwazzjonijiet politici mill-poplu ta’ din il-gzira ikunu iktar bilancjati, iktar profondi, iktar oggettivi, interpretazzjonijiet li iktar jikkonsidraw il-gid komuni u l-effett tad-decizjonijiet fit-tul.

Bla dubju l-iktar mod effettiv biex issehh din il-qabza fil-maturita’ tal-poplu, huwa permezz tal-ezempju tal-mexxejja politici kif kien beda tajjeb Dr.Joseph Muscat fil-bidu tat-tmexxija tieghu. Il-partiti politici qed jirrikonoxxu iktar minn qatt qabel, li s-sezzjoni tal-ellettorat li taghmel id-differenza bejn rebha u telfa elettorali, hija dik tal-floating voters. Dan huwa sinjal ta’ progress ghad-demokrazija lokali ghax huwa sinjal ta’ stil gdid ta’ oggettivita’ fl-analizi politika. Stil li nemmen li ghandu jibqa’ jigi msahhah mis-sistema demokratika nfisha permezz ta’ kampanja edukattiva kontinwa.

Dan bhal verita’: Il-verita’ hija sewda, bajda jew griza? Risposta oggettiva tkun li gieli tkun sewda, gieli bajda u gieli proprju fin-nofs – griza ghax it-tnejn ikollhom bicca ragun. Sfortunatament hawn Malta partit jara kollox iswed u l-ie]or kollox abjad. B’hekk nikkwota lil Santu Wistin: “Il-virtu fin-nofs” (virtue is found in balance). Ma ninsewx li iktar huwa difficli li zzomm fin-nofs milli tmur minn estrem ghall-iehor.

Biex nikkonkludi dan il-punt tal-bilanc li fil fehma tieghi huwa ferm important ghal progress f’Malta se naghti ezempju permezz ta’ konferenza storika li sehhet dan l-ahhar bejn il Youth Football Association (YFA) u l-Kummissjoni Katekezi (KK). Fil-passat dawn iz-zewg entitajiet ma kienux jaraw ghajn m’ghajn ghax kienu qeghdin jikkompetu ghall-istess tfal wara l-hin tal-iskola, il-YFA tinkuraggixxi l-isport u l-KK tinkuragixxi d-duttrina. Tista’ pero tasal tghid li l-isport huwa iktar importanti mit-taghlim spiritwali, jew bil-kontra? Fil-verita’ is-soluzzjoni tinstab fin-nofs u fid-djalogu bejn iz-zewg entitajiet, lejn bilanc bejn it-taghlim tar-ruh u s-sahha tal-gisem. Din il-konferenza gharfet it-triq tal-bilanc, fejn l-entitajiet tghallmu japprezzaw it-tajjeb ta’ xulxin. Bl-istess mod naspira’ li jkolna politikanti kapaci japprezzaw il-gid li jsir minn partit iehor u dan fl-interess nazzjonali ghax dan l-ezempju jghin biex din l’attitudni bilancjata u oggettiva ssir parti iktar integrali’ mill-identita’ Maltija.

” Iktar investiment fl-infrastruttura versus il-kacca illegali u bla razan, kacca illegali li toqtol ghasafar li mhumiex taghna l-Maltin izda li jappartjenu lid-dinja. Diversi kaccatturi lokali joholqu sitwazzjoni li thammrilna wiccna mad-dinja u mal-Ewropa minhabba l-massakru ta’ dak li mhuwiex bi dritt taghna izda li jappartjeni lill-popli. Skont kif nifhima jien ghasfur huwa propjeta’ internazzjonali propju ghax jivvjagga minn fuq tant pajjizi differenti. Jinkwetani l-fatt li min jaf kemm barranin jaraw lill-Malta f’lenti kerha minhabba l-massakru lokali tal-ghasafar.

” Favur identita’ ta’ poplu fizikament u mentalment b’sahhtu, lejn mentalita’ sportiva’ rebbieha, mhux biss fl-infrastruttura sportiva, izda bhala parti integrali mill-mentalita’ tal-poplu, jigifieri ‘intrinsikament’ fil-hsieb u fl-ghemil bhala stil ta’ hajja. Kif jghidu tajjeb il-griegi, ‘Mens sana in corpore sano’, ‘A healthy mind in a healthy body’. Nahseb li ghandna bzonn nibnu poplu b’mentalita’ iktar edukata u mghallma dwar il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-sah]a. Tal-misthija s-sitwazzjoni fejn tara statistika li tpoggi lill-poplu Malti fost l-iktar popli ta’ piz fl-Ewropa. Nissuggerixxi li l-gvern jghin b’sussidji b’forma ta’ ‘tax benefits’ jew ‘gym vouchers’ biex il-maggoranza tan-nies jattendu gym jew jipprattikaw xi sport b’mod regolari. Il-gvern ghandu jeduka lin-nies biex isiru iktar responsabbli ghall-sahhithom, b’ligijiet iktar iebsin li jorbtu lil min ipejjep li jkollu ‘health insurance’ li tkopri l-mard li jigi bhala konsegwenza tat-tipjip. Jien nemmen li flus il-poplu migbura mit-taxxi huma ‘sagri’ u b’hekk l’infieq taghhom irid isir b’ghaqal. It-taxxi m’ghandhomx jintu\aw fuq mard li jista’ jigi evitat permezz tal-prevenzjoni jew grazzi ghall-assigurazzjoni privata li tkopri l-ispejjez.

” Nissuggerixxi li ssir kampanja ta’ edukazzjoni dwar is-sewqan ta’ certa Maltin li tindirizza specifikament lill- ‘bullies’ tat-triq li jahsbu li ghax isuqu trakk jew vettura ikbar minn ta’ haddiehor, ghandhom xi drittijiet specjali fis-sewqan. Niftakar kampanja edukattiva effettiva’ li kienet saret numru ta’ snin ilu li teduka lin-nies dwar meta jkunu qed iduru mar-roundabout. Dan il-clip kien jghid: ‘dawk li jduru mar-roundabout ghandhom id-dritta’, dan kien effettiv u ghen biex sar progress fil-prattika. Nissugerixxi legislazzjoni iktar iebsa kontra min jabbuza u jsuq taht l-influwenza tal-alcohol u li bhala konsegwenza jista facilment jisraq il-hajja ta’ nies innocenti. Infurzar specifiku fuq ‘speed kings’ li jipperikolaw il-hajja u s-sahha tan-nies fit-toroq principali taghna kif ukoll sahansitra fl-iktar toroq dojoq tal-irhula. Dan apparti li nahseb li hemm bzonn ta’ prezenza iktar qawwija ta’ pulizija tat-triq pajzana biex ikun hawn iktar progress fil-kwalita’ tas-sewqan u fis-sigurta’ li joffru t-toroq lokali. Din l-istess kampanja ghandha tindirizza wkoll it-tema: ‘driving – back to the basics’ fejn issir enfazi fuq l-iktar regoli bazici tas-sewqan li ghal hafna sewwieqa Maltin mhumiex ovvji fosthom l-uzu tal-indikatur, il-konsegwenzi serji li jista’ jkun hemm minhabba l’uzu tal-mobile waqt is-sewqan kif ukoll dwar is-sewqan bil-mod fuq il-karreggjata ta’ barra ecc.

” Kampanja gusta li tipprovdi informazzjoni imparzjali dwar id-divorzju biex din il-kwistjoni ma ssirx ballun politiku iehor li jaghlaq flok jiftah il-madmad ta’ xi whud. Din l-ghazla sensittiva’ li xi darba jew ohra trid tigi affaccjata u trid tittiehed decizjoni ‘vu jew va’ nazzjonali dwarha zgur li se jkollha impatt’ fuq l-identita’ Maltija, b’mod specjali dik l-identita’ li kienet ibbazata fuq il-valuri religjuzi nsara u tal-familja nisranija.

Ftit granet ilu, jien u gej lura fl-ajruplan ftakart fi kliem l-eccellenza tieghu Dr.Guido De Marco li qal ‘li tkun Malti hu li tghix holma’ f’wiehed mid-diskorsi tal-Presidenza tieghu. Jien dejjem hlomt li Malta tkun fl-aqwa anki f’dawn id-dettalji prattici, nohlom ukoll li nara Malta ‘mexxejja’ u mhux pajjiz ‘li jsegwi’ fl-Ewropa. Nemmen li nistghu nkunu poplu, li jkun muddell kreattiv u innovattiv ghal pajjizi ohra biex jimxu fuq il-passi taghna. Iva nohlom bhal ma holom Nerik Mizzi wiehed minn dawk li n-nies iddiehku bih meta kien jghid li johlom li jara Malta sovrana u indipendenti. X’inhi l-holma li jmiss? IVA, il-holma ta’ Malta l-aqwa fl-Ewropa, fis-sens l-iktar wiesa’ tal-kelma.