Minority Leader Speech

Rapport Kunsilliera.  Kunsill Lokali Iklin.
Onorevoli PM, Ministri, Segretarji Parlamentari, Ammistrazzjoni tal-Partit, Delegati, Kollegi Kunsilliera, Membri.

Nhar il-11 t’April 2015, il-poplu tal-Iklin kellhu ghazla.

B’mod simili hafna ghall-kuntest tal-elezzjoni generali tal-2013, l-Iklinizi kellhom ghazla bejn kif jghidu l-Inglizi ‘more of the same’ jew inkella tassew bidu gdid u vizjoni fit-tul ghall-lokalita.
Il-manifest ta’ Tim Iklin (ghax ahna ikkampanjajna bhala Tim) kien fih mas-47 punt ta’ hidma. Fost il-hafna punti tal-manifest weghdna mentalita Gdida ta’ Tmexxija, Kunsill Maghqud, Cittadinanza Attiva, Kunsill Digitali, l-isfruttament ta’fondi Ewropej, Radju Digitali, Park ghall-Annimali, Skemi relatati mal-uzu ta’karozzi tal-elettriku, konsultazzjoni kontinwa, progett e-bikes, infurzar fuq sewqan eccessiv, kollaborazzjoni mal-Universita ta’Malta, vizjoni strategika ta’kunsill li tinkludi ‘town planning’ fit-tul, gemellaggi ma rhula barra minn Malta, progetti turistici kif wkoll progetti relatat mat-tishih tal-identita u mal-istorja tal-Iklin.

Akkost ta’ dan il-programm hekk mahsub u estensiv (programm li twassal f’kull dar tal-lokalita kemm bil-miktub kif wkoll permezz tal-mezzi digitali) il-poplu tal-Iklin xorta wahda ghazel l-istess tmexxija li kienet ilha 20 sena fil-maggoranza – dan fisser li ma kienx se jkun possibbli li nwettqu l-manifest elettoralli fil-prattika.

Filwaqt li stqarrejna d-dizappunt taghna, xorta wahda tajna il-kelma li konna se nahdmu b’mod kostruttiv, pozittiv u b’mod li jhares il-quddiem.  Minn April 2015 sal-llum hekk hdimna u hekk bi hsiebna nibqghu nahdmu. Fi kliem is-sindku stess ‘qatt ma kellhu kunsill maghqud bhal dan’.
Fost il-proposti li hdimna fuqhom fl-2015 kien hemm il-‘category based parking’ fejn ipproponejna li jsiru bidliet fil-kaxxi tal-parkegg li jiffavorixxu karozzi izghar, b’mod specjali f’toroq fejn il-parkegg huwa ferm limitat.  Avolja din il-proposta damet biex tigi attivata mill-kunsill – bi prudenza izda b’persistenza wasalna biex fl-ahhar beda il-process ta’ konsultazzjoni ma ™ biex possibilment il-kunsill ta l-Iklin ikun kunsill kapaci jsib soluzzjonijiet innovattivi u relevanti ghal problem tal-parkegg.
Aspett iehor li hdimna fuqhu kien dak taz-zieda fl-uzu tal-mezzi digitali – fejn minn ‘sistema’ antikwata ta’ tqassim ta’ photocopies bla kulur bhala mezz ta’ notifika lir-residenti – ipproponejna u gew introdotti sistemi ta’ notifiki digitali.

Ghad baqalna hafna xi jsir – fosthom nemmnu li il-lokalita ta l-Iklin ghadha nieqsa minn sens b’sahhtu ta’ identita. Fl-Iklin jonqos wkoll l-ivilupp artistiku tal-lokalita, kif wkoll progetti b’sinergija ma kunsilli fil-madwar.  Nemmnu wkoll li l-lokalita tal-Iklin setghet tkun fost dawk il-lokalitajiet bl-ghola numru ta’ karozzi li jahdmu bl-elettriku. Il-verita hi li dawn il-kuncetti ghadhom il-boghod li jitwettqu fil-prattika.

Ahna konna konvinti li kieku ksibna maggoranza ezekuttiva konna fuq medda ta snin nittrasformaw il-lokalita minn tant aspetti differenti.  Pero b’sens ta’ ghaqal u rispett lejn ir-regoli tad-demokrazija se naghmlu dak li nistghu. Illum iktar minn qatt qabel nista nifhem il-kliem tal-kbir mexxej ta’ dan l-istess partit – l’eks Prim Ministru ‘Duminku Mintoff’ li kien jghid ‘fl-oppozizzjoni m’int xejn’. Personalment forsi m’inix daqsekk drastiku fil-mod kif nesprimi l-istess hsieb pero b’mod simili hafna, iva nista nghid ‘li fl-oppozizzjoni tista twettaq hafna inqas u li huwa tassew minnhu li f’diversi sitwazzjonijiet ikollok idejk marbuta’.

Minn naha tal-gvern centrali u l-awtoritajiet nemmen li ghandu jkun hemm rispett u stima ikbar lejn il-kunsilliera biex tassew ikunu jistghu jaghmlu differenza fil-lokalita taghhom bhala rapprezentanti tal-poplu anki jekk ikunu fil-minnoranza.

Matul dawn l-ahhar disa xhur, kull meta kellmuna r-residenti morna ghandhom jew tkellimna maghhom u wassalna l-ilmenti.  Hawnekk ma nistax ma nfahharx lil kollega tieghi Maris Azzopardi li tant hija vicin tal-poplu tal-Iklin kif inhu fl-istil naturali taghha. Persuna li tisma u b’hafna pacenzja tassisti l-bzonnijiet tar-residenti, zghar kemm huma zghar.
Minn naha tieghi nemmen li l-politika hija iktar dwar policies u vizjoni fit-tul ghall-lokalita, milli affarijiet zghar bhal per ez. l-qtugh ta’ bozzoz jew linji tal-parkegg li jistghu facilment jigi amministrati mill-ezekuttiv. Pero ikollhi nammetti li wara din l-esperjenza ta’ elezzjoni u 9 xhur bhala minority leader fhimt iktar minn qatt qabel kemm huma importanti l-aspetti prattici z-zghar li jmissu l-hajja ta’kuljum tar-residenti.

Bhala ex-ghalliem naf li biex tisma trid hafna pacenzja u energija. Baqali madwar 60 sekonda mill hin allokat….

Bhala ‘minority leader’ avolja gej mill-ambitu tal-moviment u s-sena 2013 kienet tirrapprezenta l-ewwel darba li qatt ivvutajt ghall-PL (jew iktar precizament il-moviment li nbena madwar il-PM ta’pajjizna Dr.Joseph Muscat) – ftit wara sahansitra accejtajt li nikkonesta bhala kanditat fil-kunsilli f’isem dan il-moviment – ghadni ferm kburi sal-llum li hadt din id-decizjoni.  Iz-zmien tassew tani parir u bla dubju wara kwazi tliet snin ta’ tmexxija ta dan il-gvern – nista nghid li bhal dawk is-36,000 votant kont tassew fuq in-naha tajba tal-istorja – grazzi ghal dak il-vot kuragguz favur il-bidla pajjizna tassew mexa l-quddiem minn tant aspetti differenti – kif jixraq u kif tant kien mistenni.

Sakhemm dan it-tim mibni madwar il-PM jibqa fuq in-naha t-tajba tal-istorja u ma jitlifx l-awtorita morali li jmexxi l-pajjiz (kif gralu il-PN wara madwar 15/20 sena ta’ tmexxija) jiena nibqa kburi li nservi l-pajjizi taht il-kappa ta dan il-moviment. Minghajr diffikulta u b’konsistenza – kif ghidt drabi ohra – dakinhar li l-affarijiet jinbidlu – jien nkun fost dawk li fl-interess nazzjonali nibda nfittex mill-gdid in-naha t-tajba tal-istorja.  J’Alla jum ta’ dan it-tip mhux biss idum biex jasal – izda ma jasal qatt.

Ninkuraggixxi lil kull membru ta’ dan il-moviment biex jaghmel il-parti tieghu zghira kemm hi zghira biex dan il-pajjiz jibqa jimxi l-quddiem. Kif jghid il-PM ta’ pajjizna in-naha t-tajba tal-istorja ma tappartjeni lil ebda partit politiku izda tappartjeni biss lill ambitu taz-zminijiet.  Ghandi l-unur nghid li sal-llum 31 ta’Jannar tas-sena 2016 – ghad ghandi fiducja kbira fil-PM – dan il-partit ghandu ghal xhiex tassew ikun kburi li ghandu mexxej bhal Dr.Joseph Muscat – j’Alla dan il-moviment tant b’sahhtu jibqa ghaddej kif inhu mhux biss ghal ftit snin izda ghall-ghexieren.

Nsellmilkhom u grazzi tal-hin prezzjuz taghkhom. Il-hadd it-tajjeb lil kullhadd.